Futbol Sport

Sarri u Gattuso jfittxu li jirbħu l-Coppa Italia għall-ewwel darba

(Ritratt: EPA)

Maurizio Sarri u Gennaro Gattuso se jfittxu li jirbħu l-Coppa Italia għall-ewwel darba fil-karriera tagħhom. Sarri kien megħlub minn Napoli f’dan l-istaġun u jittama li l-prestazzjoni ta’ Juventus titjieb minn dik kontra Milan biex il-Bianconeri jirbħu l-kompetizzjoni għal rekord 14-il darba.

Gattuso jidher li ħa r-riedni tat-tim wara bidu diffiċli. Huma eliminaw lil Inter fis-semifinali, bl-għan li jmexxi lil Napoli biex jirbħu l-Coppa Italia għall-ewwel darba mill-2014. Għal Gattuso din se tkun it-tieni finali tiegħu bħala kowċ wara li fl-2018 kien megħlub minn Juventus meta kien kowċ ta’ Milan.

Sarri se jkun qed jittama li Cristiano Ronaldo jkun fl-aħjar forma possibbli wara li l-Ġimgħa kontra Milan falla penalty u ftit kien effettiv. Din il-logħba tibqa’ speċjali għal Sarri minħabba l-passat tiegħu, bil-President Naplitan Aurelio De Laurentiis jibqa’ dispjaċut meta Sarri ħalla l-klabb fl-2018. Gattuso fuq in-naħa l-oħra se jkun żgur mingħajr il-gowlkiper David Ospina li jinsab sospiż.

Coppa Italia

Finali

Illum: Stadio Olimpico – Napoli v Juventus 9.00pm