Għawdex Lokali Saħħa

Steward jitfgħu l-ballun f’saqajn il-Gvern

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Steward Health Care tiċħad kategorikament it-talba li għamlet l-MUMN li hi qatt ma riedet tħaddem infermiera Għawdxin li jaħdmu f’Malta. 

Steward ilha minn Marzu ta ’din is-sena, titlob kemm-il darba sabiex timpjega infermiera Għawdxin li jaħdmu f’Malta. Sal-lum, Steward ma rċeviet l-ebda komunikazzjoni mill-Ministeru tas-Saħħa biex tikkonferma li infermiera Għawdxin jistgħu jiġu rilaxxati sabiex jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Bħala parti mill-proposti tagħha għall-Ministeru tas-Saħħa, il-bieraħ Steward qalet li se tikkunsidra li tirtira l-proċeduri legali kollha immedjatament hekk kif jintlaħaq ftehim mal-Ministeru għas-Saħħa u l-MUMN.

F’ittra mibgħuta lbieraħ lill-Ministeru tas-Saħħa, Steward Health Care Malta qalet li fil-kuntest tad-diskussjonijiet attwali, l-interessi tal-pazjenti tagħha jibqgħu l-uniku punt fokali ta’ Steward.