Lokali Parlament

Tibdiliet proposti fl-Att dwar il-Professjoni tal-Inginiera se jdgħajfu din il-professjoni

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li kien diġà ġibed l-attenzjoni tal-Kamra tad-Deputati li kienu qed isiru sforzi mill-Gvern biex il-warrant tal-Inġiniera tinġieb fix-xejn. Kienu ħafna l-inġiniera, ta’ diversi opinjonijiet politiċi differenti, li tul dawn l-aħħar xhur ikkuntattjaw u wrew it-tħassib tagġhom fir-rigward tat-tibdil propost mill-Gvern fl-Att dwar il Professjoni tal-Inġiniera.

Waħda mill-bidliet sinifikanti f’dan l-abozz tistipula li d-defenizzjoni ta’ Engineer tispiċċa u minflokha se jidħol it-terminu engineering service. B’ hekk, il-professjoni ta inġinier hekk kif nafuha llum se tispiċċa darba għal dejjem biex tagħmel wiesgħa għat-terminu ta’ engineering service terminu li jista’ jintuża minn kull min jagħti xi tip ta’ servizz fl-inġinerija, immaterjali mill-kwalifiki u taħriġ li jkun irċieva. Barra minn hekk, huwa aktar min ovvju li dment li jispiċċa it-titlu ta Inġinier, ma jkunx hemm għalxiex jinħareg warrant biex tippratikka ta’ inġinier, hekk kif hinu stipulat mil-liġi llum.

Emenda oħra f’dan l-abbozz tillimita wkoll id-definizjoni ta’ ‘Professjoni ta’ Inġinier’ u se tiġi mibdula għaċ-ċertifikazzjoni ta’ xi servizz ta’ inġinerija kemm mekkanika, elettrika jew tal-informatika. Jekk dawn l-emendi proposti mill-gvern iseħħu, se nerġgħu mmorru lura għaż-żmien ta’ qabel ma ġie stabbilit l-Att dwar il-Professjoni tal-Inġiniera, madwar 40 sena ilu, fejn kullħadd seta’ jgħid li kien inġinier bla ebda regolamentazzjoni ta’ xejn. Mossa bħal din ċertament twassal għal kaos sħiħ u tmur direttament kontra kull sens ta’ loġika li hija neċessarja biex f’dan il mument tant kruċjali għal pajjiżna, jerġa’ jaqbad ir-ritmu ekonomiku li pajjiżna kellu qabel il-kriżi li gabet magħha il-COVID 19.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina għamel riferenza wkoll ghal emenda oħra li qed tiġi proposta mill-gvern; dik li tirregola l-‘Professional Indemnity Insurance’ biex tiprattika il-professjoni ta’ inġinier. Dan għall-fatt li l-obbligu li inġinier ikollu din l-assigurazzjoni biex ikun jista’ jiprattika se tiġi mneħħija wkoll minn dan l-abozz bir-riżultat li se jispiċċa s-serħan il-moħħ kemm għal min ikun ipprovdut b’servizzi relatati mal-professjoni ta’ inġinier kif wkoll għall-ininiera nfushom.

Fid-diskors tiegħu hu semma’ wkoll fażulita oħra li tinsab fl-abozz propost fejn il-gvern qed jgħid li l-emendi li saru f’dan l-abbozz saru biex ikun hekk konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Minn riċerka li għamlet il-Malta Association of Professional Engineers, kemm f’ Malta kif ukoll mal l-istess Kumissjoni Ewropea, jidher ċar li ma hemm l-ebda bażi f’dak li qed jipproponi u jgħid il-gvern. Mill-‘Communication from the Commission of the European Union, the European Economic and Social Committee of the Regions on reform recommendations for the regulation of professional services’ jidher ċar li l-unika emenda li qed tintalab mill-Kummissjoni Ewropea għall-professjoni tal-inġiniera hawn Malta tirrigwarda is-shareholding tal-inġiniera f’kumpaniji jew partnerships ta’ inġiniera, liema shareholding ma għandux ikun ta’ aktar min 50%. Għalhekk, il-gvern m’għandux juża din ir-rakomandazjoni biex ifarrak kull ma nbena fl-aħħar 40 sena u jġib fix-xejn din il-professjoni.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal wkoll li hija ironija li dak li nbedda fis-snin 80 ta?t gvern Laburista, meta grupp ta’ inġiniera magħrufa fil-qasam flimkien mal-ministru ta’ dak iż-żmien responsabbbli mill-enerġija u t-telekomunikazzjoni waqqfu l-bażi tal-professjoni tal-inġiniera, l-istess gvern Laburista illum tal-Ministru Ian Borg se jħassar dak li kien sar. Qal wkoll li l-gvern ma ghamilx il-konsultazzjonijiet neċessarji ma’ dawk kollha li jirrapreżentaw il-professjoni tal-inġiniera, fosthom mal-Malta Association of Professional Engineers, li ilha għal xhur shah tahdem biex isiru negozjati mal-gvern fuq din il materja, tant li kellhom jippreżentaw protest ?udizzjarju fil-konfront tal-Gvern.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina għamel appell lill-gvern biex, g?all-?id tal-poplu Malti u Għawdxi kif wkoll għall-ġid ta’ pajjiżna, isiru aktar konsultazzjonijiet u jwarrab għal kollox dawn il-bidliet f’dan l-Att hekk kif proposti minnu. B’hekk ikun jipprovdi serħan il-moħħ u jassikura, kemm lill-inġinera kif wkoll lil dawk li għandhom il-ħsieb li jħaddnu din il-professjoni, li l-professjoni tagħhom se tkompli tissaħħaħ u mhux tiddgħajjef kif qed jipprova jagħmel il-gvern b’dan l-abbozz.

Hu qal li dawn it-tibdiliet fl-abozz se jġibu biss il-qirda ta’ din il-professjoni li tant hi meħtieġa f’dan iż-żmien delikat għal pajjiżna, fejn il-ħidma tal-professjoni tal-inġiniera hi waħda mill-professjonijiet importanti biex nerġgħu npoġġu l-ekonomija ta’ pajjiżna fuq sisien sodi għall-ġid tal-poplu tagħna. B’hekk, huwa dmir ta’ kull membru fil-parlament li jara li l-professjonijiet kollha, inkluż dik tal-inġiniera, mhux biss jiġu salvagwardati, iżda jiġu msaħħa bil-liġijiet neċessarji għall-ġid mhux biss tal-professjonijiet rispettivi, iżda fuq kollox għas-saħħa u sigurtà tal-poplu Malti u Għawdxi .