Lokali Qorti

Wara r-rebħa tal-Lejber, Yorgen Fenech ried imexxi bil-qtil…b’Keith Schembri u Silvio Valletta jgħaddu l-informazzjoni

Il-pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia kien sar f’Portomaso. Ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017 Yorgen Fenech kien qallu biex għalissa jissospendi l-pjan tal-qtil. Wara r-rebħa elettorali tal-Partit Laburista, Yorgen qal lil Melvin Theuma biex imexxi sabiex il-ġurnalista tinqatel.

Minn hemm il-quddiem Yorgen Fenech ħassu b’saħħtu u kien jgħid lil Melvin Theuma li Keith Schembri u Silvio Valletta kienu qed jgħaddulu l-informazzjoni. Sadanittant l-aħwa De Giorgio u Vince Muscat, akkużati bil-qril ta’ Daphne kienu qalu fil-vann tal-Ħabs, li se jwaħħlu fi Chris Cardona.

Dan id-diskors kien ġie rrekordjat mill-gwardjani tal-ħabs qal Theuma u li dan kollu kien qalulu Yorgen Fenech. Fuq Keith Schembri u Silvio Valletta. Fenech kien jgħidlu li jafda aktar lil Keith u qallu wkoll li jekk huma jibqgħu magħqudin ikunu siguri u ħadd ma jagħmlilhom xejn, imma jekk jiġġieldu se jkollhom il-problemi.

Tenna li darba minnhom kien jaf meta kien se jsir rejd taħt it-tinda tal-patata fil-Marsa u Melvin nforma lill-aħwa Degiorgio b’dan kollu. Ix-xhud prinċipali fl-inkjesta ta’ Daphne Caruana Galizia kien Melvin Theuma li fuq il-pjan tal-qtil ta’ Daphne kien sar f’Portomaso.

“Kont spiċċajt mix-xogħol bit-taxi u mort id-dar. Kienu xil-4.30pm. u ċempilli Yorgen Fenech u qalli biex imur sa Portomaso u niltaqgħu fejn ir-ristorant Blue Elephant.

“Kif wasal qalli – ‘irrid noqtol lil Daphne’ u talabni ngħinu u jien aċċettajt mill-ewwel. Dan kien qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017. Huwa qalli li ried joqtolha għax kienet se tiżvela xi nformazzjoni fuq zijuh Ray”.

Mistoqsi jekk kienx sema’ xi ħaġa fuq id-deal tal-electrogas Melvin Thuema il-middleman fl-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia li ngħata l-proklama fil-każ qal li Yorgen Fenech kien qallu li mexa sew u kif sippost fid-deal tal-electrogas imma kien iħossu f’gaġġa minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Theuma qal li lil Yorgen Fenech kien jafu qabel ma kien daħħallu t-taxi Portomosa u dak kien xi seba’ snin ilu. Qal li pero kien jafu ferm qabel u li kien ukoll ħabib ta’ zijuh Ray qabel ma’ kien ħabib miegħu. ‘Kien ħabib qabel imma llum ma nqiesux hekk, anzi l-agħar bniedem tad-dinja, għax kieku ma kienx idaħħlni f’dan kollu’, qal Thuema.

Ix-xhud qal li wara huwa rrealizza li ma kinitx minħabba zijuh Ray li huwa ried joqtolha, imma għax l-istorja kienet fuqu, u dwar 17 Black. Huwa kien jiddejjaq ukoll b’David Casa fejn Yorgen Fenech kien jgħidlu li Casa kien qed jaqbad miegħu, u sa qallu li kien offra xi flus lill-Partit Nazzjonalista biex David Casa ma jiġix elett fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Theuma kien qed jixhed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista. L-Imħallef Mallia, wieħed mit-tliet Imħallfin li qed jisma l-inkjesta qallu li għamel dak li għamel għax ried – b’Melvin jgħid, hija vera u dan għamlu għax kienu wisq ħbieb u ma riedx jgħidlu le.

Theuma qal li Yorgen Fenech kid staqsih jekk kienx jaf lil George iċ-Ċiniż u hu qallu iva u mar ikellmu, Kien jafu għax darba kien ukoll krielu flat il-Mosta. Kienu ftiehem biex jiltaqa’ miegħu l-għal għada fis-2.00pm.  

L-inkjesta hija mmexxija mill-imħallef irtirat Michael Mallia, l-ex-Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro filwaqt li l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall familja ta’ Caruana Galizia.

Melvin Theuma kompla jixhed u qal li huwa jemmen li Yorgen Fenech qabbad lilu għax kien jaf lil tad-De Giorgio’s. Qal li huwa kien mar jiltaqa’ ma’ wieħed mill-aħwa u li dawn kienu talbuh €150,000. Kien ġie mistoqsi wkoll minn wieħed minnhom – ‘imma dan li jrid joqtol lil Daphne, iħallas hux?’ u hu wieġeb iva mhux problema.

Dwat dan il-ħlas huwa nforma lill-Fenech u qallu issa nkellmek fuq it-talba. Wara l-elezzjoni ġenerali qal Theuma huwa kien għadda €300,000 lil Yorgen Fenech li kien rebaħ f’imħatra li jitla l-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali. Hemm skont Theuma, Yorgen ħassu li ħadd ma kien jista’ għalih u li seta’ jkompli bit-tir tiegħu li joqtol lil Daphne Caruana Galizia.

Theuma qal wkoll li Johann Cremona kien jaf li Yorgen Fenech kien ordna l-qtil għaliex kienu saru tliet laqgħat miegħu wara l-qtil- waħda f’Portomaso u tnejn oħra fir-razzett ta’ Yorgen f’Ħaż Żebbuġ.

Ix-xhud qal li madwar ħames xhur qabel ma huwa kien ġie arrestat kien iwassal lil Yorgen Fenech l-ajruport peress li kien isiefer bi private jet. Qal li ġieli semmielu li mar il-Bangladesh u l-Azerbaijan u ġieli siefer ukoll lejn Dubaj.

Theuma qal li lil Yorgen kien jgħidlu iva f’kollox. Kien isiefru, bit-taxi ġewwa Portomaso u kont nirrispettah. “Pero jien ħriġt il-flus ukoll mill-but sa kelba lil Mario Degiorgio (ħu l-aħwa Degiorgio) kelli nixtri li kienet tiswa’ ħames t’elef ewro.

Lejn l-aħħar tax-xhieda tiegħu kommoss u anke jibki, Theuma qal “Jien ħajti spiċċat fit-3.00 pm fis-16 ta’ Ottubru tal-2017 – ħassejt wisq għaliha u vera żbaljajt. Yorgen jafu dan imma kien jgħidlu, ‘għalfejn qed tinkwieta’ din kull m’għandha 4,000 biss ruħ warajha.

Wara li l-Imħallef Mallia staqsieh kif iħossu llum wara dan kollu, Theuma qal “Jien għadni muġugħ sal-lum tant li sat-Tnejn stess huwa mar ir-Rabat is-seminarju biex ikellem lill-Monsjinjur Deguara u spiċċa biex iqerr u tqarben. Spiċċa biex qal li jiddispjacih ħafna fuq dak li għamel. L-inkjesta tkompli nhar il-Ġimgħa 9.30am.