Raġel ta’ 36 sena, sewwieq ta’ rota, minn Ħaż-Żabbar, qiegħed isofri feriti gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm seħħ inċident fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun.
Uffiċjali tal-Pulizija ikkonfermaw l-inċident li kien bejn karozza tat-tip Seat Ibiza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena minn Birżebbuġa u r-rota misjuqa miż-Żabbari.
Fil-post waslu numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ambulanza li ħadu lis-sewwieq tar-rota l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>