Sport Sport Ieħor

Chris Froome jista’ jissieħeb ma’ tim ġdid qabel it-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li ċ-ċiklist Chris Froome jista’ jħalli lit-tim tiegħu Team Ineos u jissieħeb ma’ Israel Start-up Nation qabel it-Tour de France.

Froome jista’ jieħu sehem fit-Tour de France li se jibda fid-29 ta’ Awwissu mat-tim il-ġdid tiegħu. Skond ir-rapporti, Froome ma’ ġiex offrut kuntratt ġdid minn Team Ineos. Flimkien ma’ Froome, Team Ineos għandhom ukoll liż-żewġ ċiklisti li rebħu l-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tour de France, Egan Bernal u Geraint Thomas.

Fost it-tlielaq li rebaħ, Froome rebaħ erba’ darbiet it-Tour de France u jinsab ottimist li jikseb il-ħames titlu tiegħu.