Futbol Sport

Dries Mertens iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Napoli

(RItratt: EPA)

Ftit siegħat qabel ir-rebħa fil-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus, l-attakkant Belġjan ta’ Napoli Dries Mertens ġedded il-kuntratt tiegħu b’sentejn oħra.

Il-kuntratt tal-attakkant ta’ 33 sena kien jiskadi fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dan sar ftit jiem wara, li bil-gowl fis-semifinali kontra Inter, Mertens sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien għal Napoli.

Mertens skorja 122 għal Napoli u b’hekk qabeż lil Marek Hamsik u lil-leġġenda tal-klabb Diego Maradona. Il-President ta’ Napoli b’ messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, wera s-sodisfazzjon li Mertens se jibqa’ ma’ Napoli.