Futbol Sport

Falcone jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Birkirkara

L-attakkant Arġentin ta’ Birkirkara Federico Falcone ġedded il-kuntratt tiegħu bi tliet snin oħra. Falcone ssieħeb ma’ Birkirkara fl-istaġun li għadda fejn f’20 partita mal-Istripes skorja 10 gowls fejn irnexxielu jtemm bħala l-aqwa skorer ta’ Birkirkara.

Aktar kmieni, Birkirkara kkonfermaw ukoll għal staġun ieħor lill-kowċ Olandiż Andre Paus kif ukoll numru ta’ plejers barranin oħra. Fl-istaġun li għadda minkejja l-bidu negattiv għall-istaġun, Birkirkara rnexxielhom itemmu fil-ħames post tal-klassifika, żewġ punti nqas minn Sirens li temmew fir-raba’ post.