Futbol Sport

Gudja United iħabbru żewġ akkwisti ġodda fuq livell tekniku

(Ritratt: Replay)

Gudja United ħabbru lil Jesmond Zammit u lil Vince Carbonaro bħala l-kowċ u l-assistent kowċ rispettivament għall-istaġun li ġej.

Jesmond Zammit fl-aħħar snin kien qiegħed imexxi lil Xewkija Tigers fl-ogħla diviżjoni Għawdxija fejn magħhom kiseb bosta unuri. Hu kellu wkoll esperjenzi ma’ Dingli Swallowa, Valletta u mat-tim tan-nis ta’ Hibernians fejn wassal lit-tim fil-UEFA Champions League.

Vince Carbonaro li se jkun qiegħed jassisti lil Zammit, kiseb ukoll bosta suċċessi fl-esperjenzi tiegħu ma’ Santa Venera Lightnings u Sirens. Din mhix se tkun l-ewwel darba liż-żewġ kowċis ħadmu flimkien wara li fil-passat kienu fit-tmexxija ta’ Żebbuġ Rangers u Ħamrun Spartans.