Impenn mal-Għawdxin Lokali

Il-Gozo NGO’s tifraħ lill-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex

L-Assoċjazzjoni tal-Organizzazjonijiet mhux Governattivi Għawdxin (Gozo NGOs Association) tifraħ lil Rev Anton Theuma għal ħatra tiegħu bħala l-Isqof tad-Djoċesi Għawdxija

Fl-istess ħin, l-Assoċjazzjoni tawgura lil-Isqof il-ġdid il-ħidma t-tajba f’dan l-impenn ġdid ta’ tmexxija li ġie afdat lilu. Żgur li l-ħidma pastorali li wettaq Rev Theuma minn meta ġie ordnat saċerdot tawgura tajjeb għad-Djoċesi Għawdxija.

Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni, iħares il-quddiem li jiltaqa’ mal-Isqof il-ġdid biex filwaqt li jwassallu, b’mod personali, l-awguri tas-settur tal-volontarjat f’Għawdex jaqsmu miegħu ħsibijiet u ideat ta’ kif is-settur jkun jista’ jsaħħaħ il-ħidma tiegħu b’risq is-soċjetà kollha Għawdxija.

Fl-istess ħin ukoll, l-Assoċjazzjoni tirringrazzja lill-Eċċ Tiegħu Mons Isqof Mario Grech għall-ħidma fejjieda li wettaq matul l-episkopat tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex. Fl-istess ħin tawguralu l-ħidma t-tajba fil-kariga il-ġdida ta’ Pro Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.