Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ppreżenta Affidavit b’ġurament fil-Qorti biex jiċħad allegazzjonijiet li saru mill-media Laburista.
Dan hekk kif qed jinsisti li ma rċieva ebda offerta jew pagamenti biex jimmina xi kandidatura ta’ xi Kandidat tiegħu stess. Barra minhekk spjega li qatt ma kien avviċinat għal dan il-għan minn Yorgen Fenech jew minn xi persuni oħrajn.
Min-naħa l-oħra, Adrian Delia sfida lill-media Laburista biex, fi żmien 24 siegħa, tissostanzja l-gideb tagħha billi tmur għand l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija b’kull informazzjoini.
//= $special ?>