Lokali Qorti

“Il-promozzjonijiet tal-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Kurunell Mark Mallia kienu dubjużi” – Il-Qorti

Arkivji

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mll-Prim Imħallef Mark Chetcuti qalet li l-proċess li bih ġew promossi l-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Kurunell Mark Mallia kien wieħed dubjuż.

Dan meta wieħed jikkunsidra li dawn ġew promossi darbtejn fi żmien ġimagħtejn. Il-Qorti qalet dan minkejja li ma laqgħetx it-talba tal-Logutenent Kurunell Andrew Mallia li saret diskriminazzjoni kontrih. Qalet li ma tistax iżda ssejjes id-deċiżjoni tagħha fuq suspetti jew dubji, iżda fuq provi konkreti li jiġu ppreżentati quddiemha.

Din id-deċiżjoni saret fid-dawl ta’ ma talba magħmula mill-Logutenent Kurunell Andrew Mallia li kkontenda li saret diskriminazzjoni fil-konfront tiegħu b’rabta ma’ promozzjoni fi ħdan l-Armata.

Il-Qorti qalet li ma saritx diskriminazzjoni fil-konfront tiegħu li kien qal li erba’ uffiċjali fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta qabżuh fil-proċess ta’ promozzjoni fi ħdan l-Armata fl-2013.

Il-kawża kienet preżenatata mill-Logotenent Kurunell Mallia kontra tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Il-Logotenent Kurunell Mallia kien saħaq li fis-sena 2013 saret diskriminazzjoni kontrih meta ġew promossi għall-grad ta’ Kurunell Pierre Vassallo, Mark Said, Jeffrey Curmi u Mark Mallia fuq il-bażi li dawn kienu anqas anzjani minnu.

Fir-rikors li kien għamel fil-Qorti kien tenna li dan l-aġir sar bi ksur tad-drittijiet tiegħu għax kien ħaqqu promozjoni aktar mil-Brigadier Jeffrey Curmi.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li wieħed mill-kriterji li għandhom jittieħdu meta tingħata promozzjoni hija kemm-il persuna hija tajba u kumplimentari għal dik il-vakanza.

Il-Qorti finalment qalet li wara li eżaminat il-kisbiet tal-erba’ persuni u analizzat ix-xhieda kollha, qalet li ħareġ ma saret l-ebda diskriminazzjoni u ċaħdet it-talba.