Coronavirus Futbol Sport

Il-UEFA tipposponi r-regolament tal-‘financial fair play’ għal din is-sena

(Ritratt: uefa.com)

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, llum iddeċieda li l-UEFA se tkun inqas ħarxa dwar ir-regolament tal-‘financial fair play’ għal din is-sena bil-kontijiet finanzjarji tal-klabbs għas-sena 2020 se jkun qed jiġu skrutinati mill-UEFA flimkien mal-kontijiet finanzjarji tas-sena 2021. Dan se jsir bix tittafa l-pressjoni fuq il-klabbs minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Il-UEFA qalet ukoll li l-klabbs xorta waħda ma jistax ikollhom dejn fuq trasferimenti jew ħlas ta’ pagi. Ir-regola tikkontrolla lill-klabbs milli jonfqu aktar milli jdaħħlu b’dawk il-klabbs li jwettqu dan ikunu affaċjati b’multi u possibbilment ma jitħallewx jikkompetu f’kompetizzjonijiet Ewropej.

Fl-istess laqgħa l-UEFA ħabbret li d-data tas-suq tat-trasferimenti ġiet estiża sal-5 ta’ Ottubru, bil-klabbs se jkunu obbligati li jirreġistraw l-iskwadri tagħhom għall-kompetizzjonijiet Ewropej sas-6 ta’ Ottubru.