Lokali

Jinqabad qabel titjira b’aktar minn €11,000 mhux dikjarati

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus għamlu sejba ta’ aktar minn €11,000 fi flus kontanti mhux dikjarati waqt tfittxija ta’ rutina fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Is-sejba seħħet fis-sala tat-tluq tal-ajruport Malti fejn wara li avviċinaw passiġġier li kien ser jitlaq lejn Amsterdam, fl-Olanda – staqsewh kemm kien qed iġorr flus fuqu – bir-risposta tkun madwar €4,000.

Madanakollu, meta saret it-tfittxija ta’ rutina instab li kellu fuqu €11,430. Sussegwentament, l-uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw €1,430 skont il-liġi.