Coronavirus Futbol Sport

Każ ieħor ta’coronavirus fil-Premier League

Fl-aħħar rawnd ta’ testijiet għall-coronavirus, il-Premier League kkonferma każ wieħed ta’ coronavirus. Il-Premier League kkonferma li t-testijiet saru bejn it-Tnejn u t-Tlieta li għaddew fejn ġew ttestjati aktar minn 1,500 plejer u membri tal-istaff.

Minn meta l-Premier League approvaw li l-plejers jirritornaw għal taħriġ b’kuntatt, it-testijiet bdew isiru darbtejn fil-ġimgħa fejn sa issa rriżultaw sbatax-il każ pożittiv minn disa’ rawnds.