Formula 1 Sport

Leclerc isuq fit-toroq ta’ Maranello

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Ferrari, Charles Leclerc dalogħdu wara akatar minn mitt ġurnata ħareġ il-karozza l-ġdida ta’ Ferrari l-SF1000 fit-toroq ta’ Maranello. Hu saq sal-Museo della Rossa fi Fiorano fejn ħareġ mill-istess kanċell fejn, Enzo Ferrari fl-1947 għall-ewwel darba kien ħareġ l-ewwel karozza.

Leclerc sar l-ewwel sewwieq fl-era moderna tal-Formula 1 li saq il-karozza ta’ Ferrari fit-toroq. Fit-3 ta’ Lulju, Leclerc se jkun qiegħed isuq fiċ-ċirkwit tal-Awstrija fil-provi liberi qabel ma’ jumejn wara jingħata bidu għall-istaġun tal-Formula 1 wara li l-bidu ta’ dan l-istaġun kien ġie pospost minħabba l-pandemija tal-coronaviurs.