Sport Sport Ieħor

Matthew Magro protagonista fl-ewwel jum ta’ Cisk Lager Doubles League

Fl-Eden Super Bowl, ingħata bidu għall-istaġun lokali kompetittiv tat-ten-pin bowling wara waqfa twila minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Protagonista fl-ewwel ġurnata kien Matthew Magro ta’ 18 –il sena li lagħab l-ewwel logħba perfetta tiegħu fejn rnexxielu jikseb 300 pin. B’hekk hu sar l-iżgħar bowler Malti li kiseb dan u kiser ukoll is-serje tiegħu stess, dik ta’ 756.

Fit-tim miegħu għal Double Impact, kien hemm Sue Abela li wkoll lagħbet serje qawwija ta’ 684 li għenu biex jegħlbu lil South Core. Il-veteran Mark Spiteri kien ukoll viċin li jikseb t-300 pin meta ġab 298. Hu kien parti mit-tim Generation XYZ fejn rnexxielhom jiksbu rebħa ta’ 6-2 kontra Class of 99.

It-timijiet ta’ Volkswagen u Swisslion ukoll kisbu rebħiet ta’ 8-0 kontra Lacoste u Bowling for Soup rispettivament. Gillette għelbu lil King Pins 6-2 u bl-istess skor Red Strikers għelbu lil Olympics. Il-Kampjonat tad-Doubles Cisk Lager qiegħed isir kull nhar t’Erbgħa fit-8 ta’ filgħaxija fl-Eden Super Bowl fejn qegħdin ikunu osservati l-miżuri kollha tas-saħħa.