Coronavirus Futbol Sport

Novak Djokovic jgħid li jinsab kuntent li se jsir l-Open tal-Istati Uniti u jħares b’ottimiżu għar-Roland-Garros

F’intervista’ ma’ sit internazzjonali sportiv, is-seed numru wieħed Novak Djokovic qal li jinsab kuntent li l-Open tal-Istati Uniti se jsir kif pjanat u jħares b’ottimiżu lejn ir-Roland-Garros ta’ Franza. Dan wara li l-isports madwar id-dinja reġa’ beda jirritorna, fejn għal aħħar tliet xhur kull avveniment sportiv kellu jiġi pospost jew sospiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Il-parteċipazzjoni ta’ Djokovic fl-Open tal-Istati Uniti kienet f’dubju wara li t-tennista għaddha kummenti dwar ir-regoli li se jkunu qegħdin jiġu osservati bħala prevenzjoni kontra t-tixrid tal-virus.

Is-Serb qal li l-importanti li kull tennista li huwa eliġibbli li jikkompeti jkun jista’ jivvjaġġa biex jieħu sehem. Dwar ir-Roland-Garros, Djokovic qal li jinsab ottimist u kuntent li se jirritorna Pariġi wara li d-dati ta’ dan it-turnament kienu mċaqalqa ħabba l-pandemija tal-coronavirus.