Lokali

Pulizija u CPD f’żewġ operazzjonijiet ftit metri bogħod minn xulxin

Bħalissa uffiċjali tal-Pulizija u oħrajn tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu impenjati f’żewġ operazzjonijiet differenti ftit metri bogħod minn xulxin.

Biswit ċentru kummerċjali fil-limit tal-Mosta għaddejja operazzjoni li tinvolvi diversi membri tas-CPD. Jidher li fiż-żona żviluppaw dħaħen u l-membri tad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar qed jużaw tower ladder f’din l-operazzjoni.

Intant ftit ‘il fuq, fi Triq it-Tuffieħ, in-Naxxar, uffiċjali tal-Pulzija fosthom membri tal-Bomb Disposal Unit kienu qed imexxu operazzjoni oħra, din id-darba wara li persuna rrapurtat pakkett suspettuż fl-istess triq.

Skont informazzjoni miġbura mill-Pulizija, dan il-pakket instab li ma kienx perikoluż.

Aktar dettalji dwar iż-żewġ każi kif jidħlulna.