Sport Sport Ieħor

Royal Malta Yacht Club tippubblika l-avviż tat-tellieqa tar-Rolex Middle Sea Race

(Ritratt: Rolex/Kurt Arrigo)

Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) ħabbar  l-avviż tat-tellieqa għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea liżse tibda nhar is-Sibt, is-17 ta’ Ottubru. Dan fid-dawl li s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-coronavirus għadha qed tiġi osservata. Din id-deċiżjoni saret wara li l-organizzazzjoni ħadet pariri mingħand l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Gvern Malti.

Minkejja li l-intenzzjoni hi li l-RMYC jospità l-edizzjoni ta’ din is-sena, hi qalet li se tibqa’ ssegwi u tieħu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar kif se tkompli tiżviluppa s-sitwazzjoni lokalment u globalment. L-RMYC qed tippjana li ssir emenda tal-avviż tat-tellieqa fil-31 ta’ Awwissu.

S’issa ddaħlu 29 reġistrazzjoni b’jottijiet ġejjin minn bosta pajjiżi u gżejjer minn madwar id-dinja. Uħud mill-jottijiet huma dawk li jipparteċipaw fi tlielaq ta’ 606 mil nawtiċi. Żewġ ismijiet li huma sinonimi ma’ dan l-isport huma Black Jack u Comanche. Il-jott Black Jack li huwa ta’ Ġeter Harburg Reichel/ Pugh Maxi mexxa kampanja fl-Awstralja f’dawn l-aħħar snin. Din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tat-tim Black Jack.

Min naħa l-oħra Comanche huwa ddisinjat minn VPLP. Minn mindu tnieda fl-2014  stabbilixxa għadd ta’ paramentri referenzjarji fl-ibburdjar fosthom il-Transatlantic West to East, inNewport Bermuda Race u aktar riċenti r-Rolex Sydney Hobart Yacht Race. Aħbarijiet uffiċjali jinħargu mir-Royal Malta Yacht Club u l-aħħar aġġornamenti jinstabu ukoll fuq il-midja soċjali Rolex Middle Sea Race.