Sport Sport Ieħor

Tħabbret il-mewt ta’ Willie Thorne- ikona tal-isnooker

(Ritratt: independent.co.uk)

Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal- eks plejer tal-isnooker Willie Thorne fl-eta’ ta’ 66 wara li kien f’koma artifiċjali minħabba problemi respiratorji.

Thorne kien ilu marid għal bosta xhur u kien il-ġimgħa li għaddiet li ddaħħal fi sptar fi Spanjna minħabba li kellu pressjoni baxxa. Il-ħabiba tiegħu u l-persuna li kienet qed tieħu ħsiebu, Julie O’Neill ħabbret din l-aħbar fejn qalet li jiddispaċijha li Thorne tilef ħajtu.

Thorne rebaħ il-Mercantile Credit Classic fl-1985 u fl-istess sena spiċċa runner-up fil-finali taċ-Championships tal-Ingilterra meta tilef kontra Steve Davis 16-14. Fl-aħħar snin kellu wkoll problemi ta’ dejn minħabba li kien issellef madwar miljun ewro. F’Mejju, Thorne kien spiċċa kważi pparalizzat hekk kif ma setax aktar iċaqlaq idejh.