Lokali Qorti

Tliet snin ħabs wara li ħebb għall-Pulizija b’wieħed minnhom jispiċċa l-isptar b’daqqa ta’ flixkun

Nicholas Farrugia ta’ 27 sena ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li nstab ħati li disa’ snin ilu fil-kazin u barra l-kazin tal-banda maghruf bhala tal-Werqa ta’ San Gorg, f’Ħal-Qormi mingħajr il-hsieb li joqtol  diversi membri tal-Korp tal-Pulizija darab tlieta minnhom, b’daqqa ta’ flixkun.

Il-każ kien seħħ fl-24 ta’ Ġunju għall-ħabta tas-1.30am. wara li l-Pulizija kienet interveniet biex tikkalma s-sitwazzjoni waqt ġlieda u kellha tuża’ wkoll il-pepper spray minħabba li l-ġlieda kienet eskalat.

Nicolas Farrugia li kien laqat żewġ uffiċjali tal-Pulizija bi flixkun wara ġlieda fejn kien tressaq ukoll ħuh.  Wieħed mill-Pulizija, s-Surġent Dennis Agius kellu jiġi rikoverat l-isptar u sarulu wkoll xi ponti. Kuntistabbli tal-Pulizija Shaun Debono kien xehed fil-Qorti li kien ra lil Nicholas Farrugia jolqot Surġent tal-Pulizija bi flixkun fuq rasu.

Huwa kien fera wkoll żewġ Pulizija oħra, imma l-aktar waħda li spikkat kienet dik tas-Surġent, peress illi mid-daqqa ta’ flixkun fuq li qala’ fuq  rasu, ħareg hafna demm. Irrizulta wkoll illi flimkien ma’ ħuh l-imputat Nicholas Farrugia attakka u għamel reżistenza fuq persuni membri tal-korp tal-pulizija.

Irriżulta wkoll li Nicholas Farrugia attakka u ghamel rezistenza fuq persuni membri tal-korp tal-pulizija; u dana kollu sehh fost dagħa, għajjat u ġlied. Huwa wkoll kien f’sakra liema bħala u f’post pubbliku.

il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia fis-sentenza tagħha qalet illi kull att vjolenti li jseħħ kontra uffiċjali pubbliċi, speċjalment membri tal-korp tal-pulizija li jkunu marru sabiex jikkontrollaw u jipprotegu nies innoċenti.

Il-Qorti saħqet ukoll li waqt li dawn ikunu jinsabu fuq il-frontline, jispiċċaw fil-mira ta’ atti vjolenti, ghandu jigi kunsidrat bil-qawwa li trid il-liġi u l-gustizzja. L-attakk bi flixkun, li  kkawża feriti lil diversi Pulizija, kien wiehed viljakk.

Għaldaqstant Nicholas Farrugia ġie kundannat tliet snin ħabs fuq dak kollu li wettaq. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Agius u Anthony Cachia.