Internazzjonali Lokali Mużika

Tmut Dame Vera Lynn fl-eta ta’ 103

Tħabbret il-mewt ta’ Dame Vera Lynn, kantanta Ingliża popolari fis-snin 40, fl-eta’ ta’ 103. Il-familja tagħha ikkonfermat li Lynn mietet fir-residenza tagħha f’East Sussex kmieni filgħodu.

Lynn kienet simbolu li qawwiet qalb it-truppi u l-popolazzjoni tar-Renju Unit waqt l-agħar żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija. B’mod partikolari is-silta tagħha “We’ll meet again”

Is-silta reġgħat kisbet popolarita’ matul din is-sena hekk kif il-kanzunetta inħarġet flimkien mas-soprano Catherine Jenkins bil-fondi jmorru b’risq is-servizz tas-saħħa Britanniku NHS fl-eqqel tal-pandemija tal-Coronavirus. Liema silta laħqet il-quċċata tal-klassifika Ingliża 70 sena wara li ħarġet għall-ewwel darba.