Lokali

TRESemmé toffri prodotti tax-xagħar għall-infermiera

TRESemmé taw aktar minn 50 prodott tax-xagħar lill-Infermieri li ħadmu bħala frontliners, bħala sinjal ta” apprezzament għad-dedikazzjoni tagħhom waqt il-pandemija tal-Covid-19.

Il-prodotti ġew provduti f”kollaborazzjoni mal-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) biex jgħinu lill-Infermieri li kellhom jaħslu xagħarhom kuljum għal dawn l-aħħar xhur, bħala parti mir-rutina wara ġurnata xogħol, ħalli jipproteġu lil dawk li jgħixu magħhom.

L-Infermieri ġew mistiedna jikkuntattjaw lil George Borg Ltd, importaturi lokali tal-prodotti ta” Unilever, biex jirċievu l-prodotti ta” TRESemmé b”xejn. Kim Borg, ta” George Borg Ltd, spjegat li xtaqu jagħtu rigal ta” ringrazzjament lill-Infermieri lokali bi prodotti tax-xagħar.

George Borg Ltd għaraf ukoll is-sagrifiċċji kbar li bosta frontliners kellhom jagħmlu, b”ħafna li kellhom anke jsibu residenza alternattiva “l bogħod mill-familji tagħhom.

“L-ebda rigal ma jista” jesprimi l-gratitudni tagħna għall-frontliners kollha f”din il-battalja kontra l-Covid-19, iżda aħna qed nippruvaw ngħinu bi kwalunkwe mod li nistgħu. Nirringrazzjaw lill-frontliners kollha mill-qiegħ ta” qalbna”, qalet Kim Borg.

Unilever UK Ltd għandhom ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva proprju fil-qalba tal-organizzazzjoni u jfittxu li jmexxu bidla pożittiva permezz tan-negozju tagħhom.

Għal aktar informazzjoni żur https://www.facebook.com/TRESemmeMT.