Futbol Sport

Valletta jippreżentaw lill-kowċ Jesmond Zerafa

(Ritratt: vallettafcmedia)

Valletta ppreżentaw lill-kowċ il-ġdid tagħhom Jesmond Zerafa li ffirma kuntratt ta’ sentejn. Kienet il-paġna ta’ Facebook ta’ Replay li kkonfermat din l-aħbar il-Ħadd li għadda. Zerafa se jkun qiegħed jieħu post l-kowċ Taljan Giovanni Tedesco wara li telaq minħabba nuqqas ta’ ftehim dwar il-physical trainer.

Jesmond Zerafa minbarra li kien anke plejer tat-tim Belti, hu kien inħatar kowċ ta’ Valletta fl-istaġun 2010/2011. Flimkien ma’ Nardu Farrugia, Zerafa rnexxielu jirbaħ żewġ kampjonati konsekuttivi flimkien ma’ żewġ suċċessi fis-Super Cup. Minbarra ma’ Valletta, Jesmond Zerafa kellu wkoll esperjenzi qosra ma’ Qormi, Balzan, Naxxar Lions, Tarxien Rainbows u Gżira United.