Sport

WERNER: Chelsea jaslu fi qbil ma’ RB Leipzig

L-attakkant Ġermaniż Timo Werner, ser ikun qed jingħaqad mal-iskwadra ta’ Frank Lampard, Chelsea f’Lulju wara li jasal fi tmiemu l-Kampjonat Ġermaniż.

Dan wara li l-Blues waslu fi qbil mal-plejer ta’ 24 sena. Werner sostna li jinsab ħerqan sabiex jibda jilgħab ma’ Chelsea u jħossu kburi li tim bħal dan riedu miegħu b’saħħa.

F’dan l-istaġun, Werner skorja xejn inqas minn 32 gowl f’kull kompetizzjoni.