Lokali

Wiċċ ġdid għall-Malta Chamber

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija biddlet isimha għal The Malta Chamber biex tirrifletti l-impenn tagħha li tkun l-akbar għaqda rappreżentattiva tan-negozji.

Hekk ingħad fi stqarrija, li kkwotat lill-President taċ-Chamber David Xuereb, li matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali fakkar kif l-għaqda ilha titkellem f’isem il-komunità tan-negozju għal aktar minn 170 sena.

Il-Perit Xuereb qal li l-innovazzjoni hi importanti għaċ-Chamber għax din tgħinha tbiddel u tara li tibqa’ rilevanti fir-realtà li dejjem qed tiżviluppa. U l-bidla fl-identità turi kif l-għaqda tħares ‘il quddiem għal viżjoni aktar moderna.

Il-President taċ-Chamber kompla li l-għaqda taspira li tkompli tħares l-interessi u s-suċċess tal-istakeholders kollha, imsejsa fuq ir-rinnovazzjoni. L-identità l-ġdida taċ-Chamber ġiet prodotta minn BPC International.