Il-Forzi Armati ta’ Malta ntalbu jgħinu lil dawk li kienu abbord żewġ dgħajjes tas-sajd.
Fi stqarrija ingħad li t-talbiet saru separatament f’temp ta’ 12-il siegħa lill-Ċentru ta’ Kordinazzjoni għas-Salvataġġ tal-Armata.
Abbord waħda mid-dgħajjes instab li persuna sofriet minn xi feriti, filwaqt li abbord l-oħra kien hemm persuna li ssofri minn xi kundizzjoni medika.
Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna mill-ħelikopter AW139 tal-Forzi Armati, li ħadhom lejn il-Bażi tal-Ajru.
Minn hemm, huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza għal aktar kura.
//= $special ?>