Lokali

Żewġ persuni mgħejjuna f’nofs ta’ baħar mill-FAM f’każi separati

Il-Forzi Armati ta’ Malta ntalbu jgħinu lil dawk li kienu abbord żewġ dgħajjes tas-sajd.

Fi stqarrija ingħad li t-talbiet saru separatament f’temp ta’ 12-il siegħa lill-Ċentru ta’ Kordinazzjoni għas-Salvataġġ tal-Armata.

Abbord waħda mid-dgħajjes instab li persuna sofriet minn xi feriti, filwaqt li abbord l-oħra kien hemm persuna li ssofri minn xi kundizzjoni medika.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna mill-ħelikopter AW139 tal-Forzi Armati, li ħadhom lejn il-Bażi tal-Ajru.

Minn hemm, huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza għal aktar kura.

Ikkummenta