Atletika Sport

Christian Coleman jista’ jitħalla jieħu sehem fl-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

L-atleta Amerikan Christian Coleman jista’ jitħalla jieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla wara li nhar l-Erbgħa ġie sospiż b’mod temporanju minħabba li naqas milli jattendi għal test ieħor tad-doping. Coleman qieħed jaffaċċja sentejn sospensjoni wara li fl-aħħar sena hu falla minn tal-inqas tliet testijiet tad-doping.

L-Amerikan qiegħed jgħid li l-uffiċjali li huma nkarigati minn dawn it-testijiet ma segwewx il-proċedura. Coleman qal li fid-9 ta’ Diċembru hu ma kienx id-dar bl-uffiċjali jonqsu milli jikkuntatjawh. F’intervistà  mal-midja internazzjonali hu żied li sospensjoni ta’ sentejn hija ħarxa wisq u jittama li l-kastig għalih ikun inqas biex ikun jista’ jikkompeti fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla.

Fil-perjodu meta jkunu qed isiru t-testijiet l-atleti huma obbligati li javżaw lill-awtoritajiet qabel ma’ joħorġu minn djarhom, jekk ikunu se jdum aktar minn siegħa barra darhom. Coleman stqarr li hu dam anqas minn siegħa barra. Fis-sajf li għadda f’Doha Coleman rebaħ t-titlu tal-100 metru fl-IAAF World Championships.