Futbol Sport

AĠĠORNATA: Clayton Failla jiffirma ma’ Mosta

(Ritratt: Replay)

Id-difensur laterali ta’ 34 sena Clayton Failla ħalla lil Ħamrun Spartans issieħeb ma’ Mosta fejn iffirma kuntratt ta’ sentejn. Din l-aħbar kienet żvelata mill-paġna ta’ Replay ftit tas-siegħat ilu.

L-istess paġna qalet li Failla kellu wkoll offerta attraenti mingħand il-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa, bil-plejer iħoss li għalissa għandu jibqa’ jilgħab fil-Kampjonat Premier.

Clayton Failla huwa wieħed mill-aktar plejers b’esperjenza fil-Kampjonat Premier fejn apparti li kien plejer regolari fit-tim nazzjonali kellu wkoll esperjenzi ma’ Hibernians, Floriana, Birkirkara u Sliema Wanderers.