Ekonomija Kummerċ Lokali Saħħa

“Flimkien irridu ntejbu l-ħajja tan-nies” – Adrian Delia

Ritratt: Matthew Tabone

“Flimkien hemm bżonn intejbu l-ħajja tan-nies. Mill-Oppoiżżjoni qed ngħinu lin-nies u nkunu viċin tagħhom”

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia f’messaġġ lin-nazzjoni li xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali.

F’dan il-perjodu ta’ COVID, l-Oppożizzjoni baqgħet tkun viċin in-nies… titkellem magħhom u ma’ ħafna setturi u businesses.

Adrian Delia tkellem dwar ir-Rapport tal-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler li wera li erba’ Ministri tal-Gvern Laburista użaw ir-riżorsi tal-Maltin għall-propoganda personali taghħhom. Fil-mument fejn bħalissa hawn diversi familji li qed ibatu konsegwenza tal-impatt li ħalliet l-imxija tal-coronavirus, Adrian Dellia qal li dawn il-flus setgħu ntużaw biex tittaffa xi ftit minn din it-tbatija.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li issa bdiet investigazzjoni wkoll fuq il-Kabinett kollu ta’ Robert Abela. Flus li setgħu ntużaw biex ikun mgħejjuna dawk il-mitt elf persuna li ma ngħataw ebda għajnuna mill-Gvern waqt il-pandemija tal-coronavirus u jkun aċċertat biex ma jintilfux iktar impjiegi.

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ bi proposti konkreti għal pjan wara l-COVID. Adrian Delia qal li s’issa irnexxielna ngħelbu l-isfidi li kien hemm għax il-poplu obda l-istruzzjonijiet li kienu qed jingħataw mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Adrian Delia enfasizza fuq il-bżonn ta’ pjan f’setturi ġodda fosthom is-settur tal-avjazzjoni. dak marittimu u s-settur tal-arti… b’hekk ikun hemm opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ tagħna. Il-Kap tal-PN qal li ukoll li s-settur tal-biedja għandu jittieħed iktar bis-serjetà… fejn f’pajjiżna għandna art agrikola li kapaċi tkun rikka u fertili jekk inkunu nafu kif nużawha bl-aħjar mod.