Futbol Sport

Gudja United jakkwistaw lil Goran Adamovic u Gonzales Benac iġedded il-kuntratt tiegħu

(Ritratt: gudjaunitedfc.com)

Fl-aħħar siegħat Gudja ħabbru wkoll li Jesmond Zammit u Vince Carbonaro se jkunu l-kowċis għall-istaġun li ġej wara r-riżenja ta’ Josef Mansueto aktar kmieni dan ix-xahar.

L-ewwel akkwist ta’ Zammit ikun id-difensur ċentrali Goran Adamovic. hu għandu esperjenza vasta f’pajjiżna fejn wara li nġieb f’pajjiżna minn Mqabba u qatta’ xi staġuni fl-Ewwel Diviżjoni hu ssieħeb ma’ Sliema Wanderers. Ma’ Sliema Adamovic lagħab għall-aħħar staġuni fejn sfortunatament sofra ksur f’saqajh fejn kien nieqes mill-azzjoni għall-disa’ xhur.

Id-difensur Taljan-Arġentin Imanol Gonazalez Benac ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena oħra ma’ Gudja United. Benac wasal f’pajjiżna fl-2019 meta nġieb minn Senglea Athletic. Minn dakinhar hu ħalla pajjiżna fejn mar jilgħab fis-Seria C fl-Italja ma’ Casertana.

F’Jannar li għadda Gudja United reġgħu ġabu lid-difensur f’pajjiżna fejn lagħab sakemm ġie sospiż il-kampjonat minħabba l-coronavirus. Fl-istaġun li għadda Gudja temmew fl-10 post tal-klassifika b’24 punt daqs Sliema Wanderers.