Lokali

Il-bidla fl-istatut tal-Partit Laburista għal quddiem l-Eżekuttiv

Il-Ministru Aaron Farrugia ikkonferma li l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista se jkun qed jiddiskuti tibdil fl-Istatut. Dan sabiex il-Membri Parlamentari tal-PL ma jkunux jistgħu jikkontestaw għall-kariga ta’ Deputy Leader … kariga li ġiet vakata minn Chris Cardona wara li kellu jirriżenja minħabba l-allegat involviment tiegħu fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Ministru Farrugia stqarr li dan l-aħħar ma ltaqax ma’ Chris Cardona u qal għadu sa issa ma rax l-ittra ta’ riżenja tiegħu.

Mistoqsi lil min se jkun qed jappoġġja fit-tellieqa għal din il-kariga, il-Ministru tal-Ambjent qal li l-ewwel irid jisma’ l-ismijiet ta’ dawk li se jkunu qed jikkontestaw biex jintela’ dan il-post. Dan filwaqt li Farrugia nnifsu kkonferma li hu mhux interessat…partikolarment issa li se jinbidel l-istatut.

Sa issa, ghadu mhux magħruf x’raġuni ta l-eks Deputat Mexxej għar-riżenja tiegħu mit-tmexxija.