Futbol Sport

Il-gowlkiper Matthew Towns iġedded il-kuntratt ma’ Tarxien Rainbows

(Ritratt: Replay)

Il-gowlkiper Ingliż Matthew Towns ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Tarxien Rainbow fejn issa se jkun qiegħed jokkupa l-kariga ta’ kowċ tal-gowlkipers. Minbarra hekk, Towns se jkun irreġistrat anke bħala gowlkiper f’każ li Tarxien jiġu bżonnu fil-grawnd.

B’hekk Matthew Towns għażel li jibqa’ mar-Rainbows minkejja bosta offerti minn klabbs oħra b’sorsi viċin il-paġna ta’ Replay jgħidu li l-gowlkiper kien ukoll offrut il-pożizzjoni ta’ headcoach. F’pajjiżna Towns lagħab ma’ bosta timijiet fil-passat fosthom ma’ Floriana, Valletta, Pembroke, Luxol St. Andrews u anke esperjenza f’Għawdex ma’ SK Victoria Wanderers.