Sport Sport Ieħor

AĠĠORNATA: Inċident ikrah fil-kompetizzjoni tal-handbike li qed issir fi Siena

(Ritratt: consumatrici.it)

Fil-kompetizzjoni tal-handbike li qed issir f’Siena bis-sehem ta’ atleti paralimpiċi seħħ inċident ikrah bil-vittma jkun Alex Zanardi. Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li l-kundizzjoni ta’ Zanardi hi waħda gravi u jinsab fl-isptar Le Scotte fi Siena wara li allegatament kellu mpatt ma’ trakk li kien ġej fid-direzzjoni opposta. Wara ftit tal-ħin, Zanardi ġie operat f’rasu kawża tal-impatt li kellu.

Jidher li kienu l-atleti l-oħra li ġibdu l-attenzjoni tal-organizzaturi bl-iċident u minnufih fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien mal-pulizija. Ftit il-bogħod minn fejn sar l-inċident, kien hemm il-mara ta’ Zanardi li kienet qegħda ssegwi t-tellieqa. F’din il-kompetizzjoni bl-isem ta’ Obiettivo tricolore jieħdu sehem atleti bi bżonnijiet speċjali u jikkompeti billi jużaw roti speċjali.