Coronavirus Lokali Saħħa

L-ebda każ ġdid – 3 persuni jirkupraw

Wara ġimagħtejn f’Malta ma kellna l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus, dan hekk kif wara li saru ftit aktar minn 850 test, sa nofsinhar tal-lum ma nstabu l-ebda każijiet ġodda ta’ Covid-19. Fl-aħħar sigħat irkupraw 3 persuni oħra minn din l-imxija.

Tul din il-ġimgħa iżda kellna 18-il każ ġdid ta’ din l-imxija, u f’Malta sa issa għandna 41 każ attiv.

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Ministeru tas-Saħħa qal li 12 minn dawn il-każijiet attivi qed jirċievi l-kura l-isptarijiet, wieħed f’Mater Dei, 7 fl-isptar St. Thomas u 4 fl-isptar Boffa fil-Floriana.

Għalkemm ħarġu dawn iċ-ċifri, il-pubbliku inġenerali baqa’ ma jafx jekk hemmx xi persuni fuq il-venitilator, jew fil-Kura Intensiva fl-ITU.