Basketball Sport

Min huma l-aktar propjetarji sinjuri fl-NBA?

(Ritratt: nba.com)

Ġurnalist Amerikan, fl-aħħar jiem żvela lista tal-aktar propjetarji sinjuri fl-NBA fl-Istati Uniti. Din il-lista tinkludi kemm propjetarji nisa u kemm irġiel. Dawn in-nies huma meqjusa bħala wħud mill-aktar nies sinjuri fl-Istati Uniti

Fil-ħames post ta’ din il-lista nsibu lil Robert Pera ta’ Memphis Grizzlies li huwa stamt li għandu 7.1 miljun dollaru. Hu ilu fit-tmexxija tat-tim sa mill-2012. Pera huwa l-iżgħar propjetarju ta’ tim fl-NBA, hu beda l-karriera tiegħu billi kien jaħdem ma’ kumpanija li tipproduċi mowbajls u mezzi teknoloġiċi oħra qabel ma’ fetaħ kumpanija għar-rasu li bdiet tinstalla l-wifi fl-aktar postijiet rimote fl-Amerika.

Fit-tielet post nsibu żewġ propjetarji li huwa stmat li għandhom 7.8 miljun dollaru kull wiħed. Dawn huma Ann Walton Kroenke ta’ Denver Nuggets u Micky Arison ta’ Miami Heat. Missier Kroenke hu Bud Walton li kien is-sid ta’ kumpanija Amerikana li għandha bosta hypermarkets madwar id-dinja. Hi flimkien ma’ żewġha Stan Kroenke jikkontrollaw bosta klabbs sportivi fosthom għandhom sehem ukoll fit-tmexxija tat-tim mill-Premier League Arsenal.

Micky Arison min naħa tiegħu beda jaħdem fil-kumpanija ta’ missieru sa minn età żgħira fejn fl-1979 sar CEO tagħha. Maż-żmien din il-kumpanija saret waħda mill-aktar kumpanija rinomata madwar id-dinja.

Fit-tieni post, Joseph Tsai ta’ Brooklyn Nets. Tsai hu stmat li għandu 9.7 miljun dollaru. Minbarra li huwa propjetarju ta’ Brooklyn Nets huwa wkoll propjetarju tat-tim tal-futbol Los Angeles FC.

Fil-quċċata ta’ din il-klassifika hemm Steve Ballmer ta’ L.A. Clippers li huwa stmat li għandu mal-51.4 miljun dollari. Skond l-aġenzija internazzjonali Forbes, Ballmer huwa s-16 l-aktar persuna sinjura fid-dinja. Ballmer huwa s-sid ta’ waħda mill-kumpanija ewlenin fis-suq tat-telekomunikazzjoni u t-teknoloġija.