Eks accounts clerk ġiet mixlija quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli b’akkużi ta’ miżappropjazzjoni ta’ aktar minn €10,000 għad-dannu tal-kumpanija Valletta Gateway Terminals.
Denise Mallia ta’ 44 sena minn Birżebbuġa li kienet taħdem mal-kumpanija bħala skrivana bejn l-2017 u l-2019 ġiet mixlija li kienet ħadet ammonti ta’ flus mill-petty cash fuq medda ta’ sentejn, u li kienu jammontaw għal €10,448.
Hija wieġbet mhux ħatja u t-talba tagħha għal libertà proviżorja ġiet milqugħa fuq garanzija personali ta’ €10,000 u ordnata li tiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darbtejn fil-ġimgħa. L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia deheru għal Mallia filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur George Frendo.
//= $special ?>