Futbol Sport

Neymar ordnat iħallas lil Barcelona €6.7 miljun

(Ritratt: EPA)

Il-qorti Spanjola ddeċidiet li l-winger ta’ PSG Neymar, għandu jħallas lill-eks tim tiegħu Barcelona. Neymar kien fetaħ kawża kontra Barcelona ftit wara li ħalla lill-klabb fejn qal li Barcelona kellhom jagħtuh €43.6 miljuni f’bonuses.

F’reazzjoni għal din l-aħbar Barcelona qalu li jinsabu kuntenti bis-sentenza tal-imħallef filwaqt li se jkomplu jiddefendu l-interessi tagħhom. Fl-2017 Neymar kien fetaħ kawża oħra kontra Barcelona, din id-darba quddiem il-FIFA bil-plejer jgħid li l-klabb ma ħallsux. Il-FIFA għażlet li ma tieħux azzjoni u qalet li se tħalli lill-qorti tiddeċiedi.

Neymar jista’ jappella mid-deċiżjoni tal-qorti Spanjola.  Il-Brażiljan, kien issieħeb lil Barcelona mingħand Santos fl-2013 qabel ma fl-2017 hu ssieħeb ma’ PSG fi Franza.