Futbol Sport

Samuel Azzopardi kkonfermat bħala President tal-GFA

L-avukat Samuel Azzopardi ġie kkonfermat għat-tieni terminu tiegħu bħala President tal-GFA wara li fl-elezzjoni li saret llejla ġab aktar minn żewġ terzi tal-voti li kienu eliġibbli.

Azzopardi kiseb 78% tal-voti, jiġifieri 25 vot minn 32. Fl-aħħar ġimgħat l-avukat Azzopardi ppreżenta sett ta’ propost li kif jxhed fil-vot kienu aċċettati mill-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-klabbs Għawdxin filwaqt li rrikonoxxew l-ħidma li wettaq tul l-aħħar snin.