Coronavirus Futbol Sport

“Se niftħu l-grawnd għall-partitarji”- Tommaso Giulini, President ta’ Cagliari

Il-President ta’ Cagliari Tommaso Giulini qal li peress li f’Sardegna ma hemmx każijiet attivi ta’coronavirus, il-klabb se jiftaħ l-istadium għall-partitarji.

In-nies fil-grawnd se jkunu limitati u xorta se jibqgħu jiġu osservati r-regolamenti tal-coronavirus. Is-sapporters minn dejjem kienu rinomati għas-sapport li jagħtu lit-tim tagħhom u ċertament li dan se jgħin fit-tkomplija tal-istaġun.

Cagliari bdew l-istaġun b’mod tajjeb iżda naqqsu xi ftit mir-ritmu tant li kellu jitkeċċa l-kowċ Rolando Maran u minfloku laħaq il-kowċ Walter Zenga. Minkejja kollox Cagliari jinsabu f’pożizzjoni rilattivament komda bi 32 punt. S’issa f’Sardegna kien hemm 1,365 persuna pożittivi għall-coronavirus li minnhom mietu 132.