Lokali Qorti

Talba minn Vincent Muscat għal-libertà proviżorja; issir bil-magħluq minħabba s-sensittività tal-każ

Saret talba oħra għal libertà proviżorja minn Vincent Muscat bdiet tinstema quddiem l-Imħallef  Edwina Grima. Il-kawża, nkluż is-sottomissjonijiet marbutin magħha nstemgħu bil-magħluq minħabba nformazzjoni sensittiva li tista’ toħroġ rigward il-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-Avukat Marc Sant, li qed jidher għal Muscat, li jinsab mixli bil-qtil ta’ Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017 permezz ta’ karozza bomba kien għamel l-aħħar talba għall-ħelsien mill-arrest madwar ħames ġimgħat ilu.

Huwa mifhum li l-applikazzjoni saret ukoll biex jiġi ċċarat l-istat tal-investigazzjoni tal-Pulizija dwar Muscat inniffsu, wieħed mit-tliet akkużati fil-qtil tal-ġurnalista.

“Ma’ nistax nordna lill-investigaturi biex jagħmlu dawn l-affarijiet, wieħed ma jistax juża’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest biex wieħed ikun jaf fejn waslu l-Pulizija fl-istadju tal-investigazzjoni,” qalet l-Imħallef Grima.

Qabel mal-Qorti ordnat lill-membri tal-media biex joħorġu l-barra mill-awla, l-Imħallef Grima ċaħdet xi punti mit-talbiet ta’ Muscat. Huwa mifhum li dawn kellhom x’jaqsamu mal-maħfra Presidenzjali li huwa talab aktar minn sitt xhur ilu, u dan minħabba li l-Imħallef ma tista’ tiddeċiedi t-tali talba.

Iżda qabel mal-Avukat Sant spjega lill-Qorti dwar it-talbiet tad-difiża, l-media ntalbet toħroġ il-barra mill-awla minħabba s-sensittività tal-każ. Il-Qorti qablet u l-kawża kompliet tinstema’ bil-magħluq.