Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Vaċċin sa tmiem dis-sena? Id-WHO tħabbar informazzjoni importanti

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, id-WHO ħabbret li qed tistenna li numru mdaqqas ta’ vaċċini għall-Coronavirus se jkunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena. Dawn il-mediċini għandhom l-ewwel imorru għand dawk li huma l-aktar vulnerabbli għal din l-imxija.

L-aġenzija tas-Saħħa tan-Nazzjonijiet Uniti qalet ukoll li qed tistenna li maż-żewġ biljun vaċċin se jkunu lesti sas-sena 2021.

Huma tennew li l-industrija tal-mediċina bħalissa qed taħdem kontinwament biex ikun hemm żvilupp ta’ vaċċin.

Fost l-oħrajn ġew identifikati tliet gruppi ta’ dawk li l-ewwel għandhom jingħataw il-vaċċin, dawn huma: il-ħaddiema front-liners, fosthom il-ħaddiema tas-saħħa u l-pulizija, dawk li għandhom numru ta’ mard kronoku, fosthom l-anzjani, u kif ukoll dawk li jgħixu f’zoni urbani mwarrba u mitluqa, u kif ukoll dawk li jgħixu fi djar ta’ kura.