Minkejja l-aktar minn 50,000 imwiet fi tliet xhur, kawża tal-Covid-19 fil-Brażil, il-President Jair Bolsonaro għadu qed jipprova jċekken,bi kliemu, ir-riskji ta’ dan il-virus.
Hekk kif dan il-pajjiż tal-Amerika t’Isfel qabeż il-miljun każ ikonfermat tal-virus,il-Ministeru tas-Saħħa qed jgħid li din iż-żieda qawwija fil-każi hija kawża ta’ korrezzjonijiet fis-sistemi ta’ xi stati fl-aħħar jiem.
Ilbieraħ, f’jum wieħed biss, ġew irreġistrati kważi 55,000 każ ieħor fil-Brażil. Indikazzjoni ċara li l-imxijja tal-virus għada waħda mifruxa.
//= $special ?>