Futbol Sport

Andrea Belotti jfalli penalty fir-ritorn tas-Serie A

(Ritratt: Sky Sport)

Torino u Parma spiċċaw fi draw ta’ 1-1 fir-ritorn tas-Serie A wara kważi nuqqas ta’ tliet xhur u nofs. B’dan ir-riżultat, Torino temmew is-sensiela ta’ sitt telfiet konsekuttivi iżda xorta għadhom f’periklu li jkunu relegati hekk kif jinsabu biss tliet punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni. Parma fuq in-naħa l-oħra laħqu lil Milan u għadhom qed jittamaw li jiksbu post fil-UEFA Europa League għal staġun ieħor.

NICOLAS N’KOULOU fetaħ l-iskor wara kwarta b’daqqa ta’ ras b’saħħitha wara korner ta’ Alex Berenguer. Parma ġabu d-draw fil-31 minuta b’azzjoni ta’ Gervinho li bi kross fil-baxx sab lil JURAJ KUCKA li skorja b’xutt minn pożizzjoni ċentrali. Torino kellhom l-opportunità li jmorru fil-vantaġġ meta fit-48 minuta rebħu penalty għal fawl fil-kaxxa ta’ Simone Iacoponi fuq Simone Edera. Iżda mill-11-il metru x-xutt fil-baxx ta’Andrea Belotti ġie salvat minn Luigi Sepe.

Ikkummenta