Futbol Sport

Christian Spiteri ta’ Santa Lucia jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat ePremier

Christian Spiteri mexxa lil Santa Lucia għar-rebħ tal-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat BOV ePremier li ntlagħab fuq EA Sports b’FIFA 20. Wara li bena vantaġġ tajjeb qabel il-kampjonat kellu jitwaqqaf minħabba l-Covid-19, Spiteri assigura mir-rebħ tal-kampjonat fl-aħħar logħba l-Ħamis. Hu kiseb iż-żewġ rebħiet li kellu bżonn wara li Shaun Galea ta’ Ħamrun Spartans waqqa’ l-punti fl-ewwel logħba ta’ filgħaxija. “Nixtieq nifraħ lill-MFA u GMR Entertainment talli organizzaw dan il-kampjonat u kellna esperjenzi simili ta’ livell internazzjonali.”

“Kif mistenni, il-livell tal-kampjonat lokali kien veru tajjeb u tjieb aktar matul l-istaġun. Ninsab kunfidenti li l-livell se jkompli jitjieb fis-snin li ġejjin għaliex tournaments ta’ dan it-tip jinkoraġġixxu lill-plejers biex jiddedikaw aktar ħin għal din il-logħba.” Ir-rappreżentant ta’ Santa Lucia temm il-kampjonat mingħajr telfa b’serje impressjonanti ta’ 22 rebħa konsekuttiva għal total ta’ 72 punt. Christian Spiteri spiċċa 14-il punt vantaġġ fuq Galea ta’ Ħamrun Spartans u 23 punt fuq Ryan Cauchi ta’ Tarxien Rainbows li spiċċa t-tielet b’49 punt.