Il-President tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Atletika Svein Arne Hansen miet illum fl-età ta’ 74 sena wara li ma rkuprax minn puplesija li sofra f’Marzu li għadda. Hansen kien ilu President tal-European Athletics mill-2015 u kien il-ħames persuna li mexxa l-assoċjazzjoni mit-twaqqif tagħha 50 sena ilu.
Fi stqarrija, il-President interim tal-assoċjazzjoni Dobromir Karamarinov stqarr id-dispjaċir għal din l-aħbar. Hu ddeskriva lil Hansen bħala mexxej mill-aqwa, viżjonarju għall-isport tal-atletika u personalità kariżmatika fil-familja tal-atletika.
//= $special ?>