Futbol Sport

Imut l-eks plejer ta’ Inter Mario Corso

(Ritratt: Inter)

Il-futbol Taljan jinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt tal-eks plejer Mario Corso fl-età ta’ 78 sena. Isem sinonimu ma’ Inter b’karriera magħhom bejn l-1957 u l-1973 qabel lagħab l-aħħar sentejn tal-karriera ma’ Genoa.

Corso jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa plejers Taljani fis-snin 60 iżda fuq kollox għal siequ x-xellugija li kienet tagħmel il-maġija. Hu kien rinomat ukoll kif kien jilgħab bil-kalzetti mremblin filwaqt li kellu free-kicks mill-aqwa.

Ma’ Inter ifforma parti mit-tim famuż tas-snin 60 taħt it-tmexxija ta’ Helenio Herrera magħruf bħala La Grande Inter. B’kollox, Mario Corso rebaħ erba’ darbiet il-kampjonat, darbtejn it-Tazza taċ-Champions u darbtejn it-Tazza Interkontinentali. Ix-xellugi lagħab ma’ Inter total ta’ 502 logħbiet u skorja 94 gowl. Corso kien ukoll kowċ ta’ Inter fl-istaġun 1985/86.

Tags