Coronavirus Lokali

Każ wieħed ġdid, ifiqu tlieta

Każ ġdid ta’ Covid-19 tul dawn l-aħħar 24 siegħa. Dan il-każ ħareġ minn 786 swab test li saru fl-istess żmien.

F’dawn l-aħħar 24 siegħa, fiequ tliet persuni oħra u għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi hu ta’ 39.

12 minn dawn il-każijiet attivi qed jirċievi l-kura fl-isptarijiet; wieħed f’Mater Dei, 7 fl-isptar St. Thomas u 4 fl-isptar Boffa fil-Floriana.

Biċ-ċifri tal-lum, in-numru ta’ każi issa tela’ għal 664 mill-bidu tal-imxija tal-Coronavirus f’Malta. Meta wieħed inaqqas il-każi attivi u l-persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom, in-numru ta’ persuni li fiequ hu ta’ 616.

Iċ-Ċifri qed joħorġu fuq il-paġna tal-media soċjali tal-Ministeru tas-Saħħa. Dawn ic-cifri mhux qed jixxandru mill-media tal-PL fuq strauzzjonijiet li inghataw il-ġurnalisti.

Intant, permezz tal-Avviż Legali maħruġ iktar kmieni din il-ġimgħa, l-emerġenza medika se tiġi uffiċjalment fi tmiemha fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Mhux magħruf jekk dan iffissirx li mhux se jinħarġu iktar ċifri dwar l-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna.